Il-Frammenti ta’ Saffo
F‘Il-Frammenti ta’ Saffo (2023), Warren Bartolo jiġbor u jittraduċi l-poeżija ta’ Saffo mill-Grieg Antik għall-Malti. Il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll Introduzzjoni, esej dwar it-Teorija tat-Traduzzjoni u l-Impossibbli, kummentarju dwar il-frammenti, u appendiċi li jinkludi l-iktar sejbiet riċenti tal-poeżija ta’ Saffo. Edizzjoni bilingwi bil-Grieg Antik u bil-Malti. Dan il-proġett kien iffinanzjat kollu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Malta u ppubblikat minn Ede Books, 2023. Grazzi speċjali lill-Ägyptisches Museum und Papyrussammlung f’Berlin, il-Ġermanja, u lill-pubblikaturi Brill f’Boston, l-Istati Uniti.
Din il-pubblikazzjoni ġiet megħjuna mill-Fond Nazzjonali tal-Ktieb (Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb).
Book specifications
Title: Il-Frammenti ta’ Saffo
Author: Warren Bartolo
Publisher: Ede Books, Malta, 2023
Cover: Paperback
Language: Ancient Greek/Maltese
Format: 185x127mm
Pages: 460 pages
ISBN: 978-99957-45-43-1
€20.00
In stock